Natalie PortelliDr CARMEL SCIBERRAS

It-Tabib Carmel Sciberras twieled l-Imqabba fl-1951 u joqgħod Ħaż-Żebbuġ. Ħa l-edukazzjoni sekondraja fil-Liċeo u kompla l-istudji terżjarji fl-Università ta’ Malta. Iggradwa fil-mediċina fl-1977 fl-Ingilterra fejn ħa esperjenza kbira f’diversi oqsma tal-mediċina f’bosta sptarijiet. Kompla javvanza bħala tabib tal-familja fl-Ingilterra stess u fl-1983 irritorna Malta fejn kompla jaħdem fil-qasam Governattiv fiċ-Ċentru tas-Saħħa kif ukoll
fil-privat. Matul dawn iż-żminijiet, akkwista esperjenza kbira fil-qasam
tad-dijabete u fil-mediċina tal-familja. Fl-1992 ingħaqad mal-Korp
tal-Pulizija fejn għadu jservi bħala t-tabib tal-Korp.