Charles Daniel Saliba

CHARLES DANIEL SALIBA

Twieled fid-9 ta’ Settembru, 1979 u trabba x-Xewkija Għawdex. Tgħallem fl-iskola primarja tax-Xewkija, kompla fl-iskola primarja tar-Rabat, fil-Liċeo Ninu Cremona, u fl-Università ta’ Malta fejn kiseb B.Ed. (Hons.) fil-Malti. Fil-bidu daħal jgħallem fl-iskola sekondarja Vincenzo Borg B’Kara, wara mar jgħallem fil-Liċeo Ġ. P. F. Agius de Soldanis ir-Rabat Għawdex u fil-preżent qed jgħallem fl-Iskola Post-Sekondarja Sir Mikelanġ Refalo, ir-Rabat Għawdex. Biex ikabbar l-għarfien tiegħu fl-element Semitiku Malti, kompla jistudja fl-Università ta’ Malta fejn kiseb Diploma fl-Għarbi. Wara li ggradwa, kompla jistudja u din is-sena għadu kemm temm l-European Masters in Mediterranean Historical Studies. Għal xi żmien għallem il-Malti lill-barranin fil-Kunsill Lokali tal-Għarb Għawdex
u organizza korsijiet fuq il-lingwa u l-kultura Għarbija fil-Kulleġġ t’Għawdex. Permezz tal-ktieb
tiegħu Realtà, ippubblikat minn Wise Owl Publications, rebaħ it-tieni premju fil-kategorija ‘Proża
għall-Adoloxxenti’, fil-Premju Nazzjonali tal-ktieb 2007. Ktieb ieħor tiegħu ppubblikat mal-Wise
Owl huwa Rocco jitgħallem il-karate (2006).