Chris AzzopardiCHRIS AZZOPARDI

Twieled fl-1 ta’ Settembru, 1972. Il-professjoni tiegħu hija ta’ għalliem tal-Malti u tal-guidance. Huwa miżżewweġ u għandu żewġ subien.

Azzopardi huwa l-awtur tas-sensiela Ċajta bejn Tnejn, sensiela maħsuba biex tnissel tbissima lil nies ta’ kull età. Responsabbli wkoll ta’ żewġ magażins maħruġa mill-Wise Owl Publications: Il-Magażin għat-Tfal Maltin u Għawdxin u Il-Magażin għan-Nisa Maltin u Għawdxin. Ħadem ukoll id f’id ma’ diversi kittieba magħrufa, b’pariri fuq il-lingwa u fil-qari tal-provi.

Awtur ukoll ta’ diversi kanzunetti bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan u rebbieħ ta’ diversi kompetizzjonijiet kemm f’Malta, kif ukoll barra minn xtutna. Il-mument l-aktar għal qalbu fil-qasam tal-mużika kien il-parteċipazzjoni fiż-Zecchino d’Oro permezz tal-kanzunetta La Dottoressa Lulu.

Ilu fil-qasam tal-mużika sa minn meta kellu erbatax-il sena u rebaħ ’il fuq minn 1200 kompetizzjoni. Ingħata l-premju tal-aqwa awtur f’kompetizzjonijiet kemm f’Malta, fl-Italja u anki ġewwa r-
Rumanija.

Il-pjanijiet tiegħu huma li jkompli jikteb u jżejjen il-letteratura Maltija bi stili differenti, id f’id
ma’ kittieba oħra.