Natalie PortelliDr JASON BONNICI

Iggradwa bħala tabib fil-Mediċina u l-Kirurġija (M.D) mill-Università ta’ Malta fl-1999. Fl-2001, flimkien ma’ Dr Martin V. Balżan M.D., MRCP(UK), wettaq studju dwar il-prevalenza tal-ażżma fil-Fgura u fiż-Żejtun ikkummisjonat mill-Kunsilli Lokali rispettivi. Fl-2006 ħa l-‘Membership of the Malta College of Family Doctors’ (MMCFD). Fl-2006 spiċċa kors ta’ sentejn bħala trejner għal tobba li jixtiequ jispeċjalizzaw fil-mediċina tal-familja, organizzat mir-Royal College of General Practicioners u l-Malta College of Family Doctors. Bħalissa qiegħed jaqra
‘Diploma in Family Practice’ organizzat mill-Malta College of Family Doctors. Għal dawn l-aħħar
5 snin, kien għalliem onorarju fil-komunità għal studenti tal-Mediċina u Kirurġija tal-Università
ta’ Malta. Ilu għal dawn l-aħħar 8 snin jikteb reġolarment fil-ġurnali bil-Malti.