Natalie PortelliJOSEPH C. CAMILLERI

Joseph C. Camilleri BA(Gen), DEAM, M.Ed(Pl&Mgt) – Kap ta’ Skola u kittieb ta’ artikli. Twieled f’Ħal Tarxien. Ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Liċeo, Malta College of Education u l-Università ta’ Malta. Daħal jaħdem bħala għalliem fl-iskejjel tal-istat fl-1977.

Camilleri kiteb diversi artikli dwar storja, arti u folklor fil-gazzetti lokali Il-Mument, It-Torċa, L-Orizzont u In-Nazzjon Tagħna u fir-rivisti Sagħtar, Heritage, Civilisation u Antenna. Ippubblika wkoll f’Malta Year Book. Ħa sehem ma’ awturi oħra f’dawn il-pubblikazzjonijiet – Maltese Biographies of the Twentieth Century
(1997) u Folklor (2004).

Hu miżżewweġ lil Grace (xebba Attard) u għandhom żewġ subien.