Natalie PortelliMARIKA BORG

Marika Borg twieldet fl-1970. Hija għexet f’Bormla sa ma żżewġet lil James, fejn wara marret toqgħod Ħal Tarxien. Marika għandha tlett itfal: Michela, Sarah u Nikolai. Marika tħobb ħafna l-annimali u għamlet ukoll kors ta’ assistenta veterinarja. Hi tħobb ukoll l-arti u l-krafts, żewġ suġġetti li sikwiet għallmet fl-iskejjel tas-sajf. Marika tħobb id-drama u fil-fatt għamlet kors ta’ sentejn u nofs mal-M.T.A.D.A.

Matul il-karriera tagħha bħala għalliema fil-Primarja, Marika tellgħet diversi plejs u attivitajiet oħra f’okkażjonijiet speċjali matul is-sena skolastika. Il-kant hu suġġett ieħor li Marika għandha għal qalbha. Infatt hija membru tal-Joy Gospel Singers ta’ Santa Luċija fejn tkanta wkoll bħala solista.

Dawn l-aspetti u delizzji differenti ħajru lil Marika biex tikteb kotba għat-tfal. Din il-ħajra saret
realtà meta ltaqgħet ma’ Natalie Portelli li kompliet ħeġġitha biex tikteb bil-Malti. Marika kitbet u
pinġiet l-istampi tal-ewwel sett ta’sitt kotba bl-isem ta’ Mixa u Rufu. Din l-esperjenza għamlitilha
kuraġġ u għalkemm bi tlett itfal, bi ħsiebha tkompli tikteb bil-Malti.