Rita Grech

RITA GRECH

Twieldet Bormla, fil-31 ta’ Lulju 1975, fejn għada tgħix sa llum.

Hija omm ta’ żewġt itfal. Bħalissa ma taħdimx u għalhekk tiddedika ħafna ħin għall-kitba. Attendiet l-iSkola Primarja ta’ Bormla u l-Liċeo Maria Reġina fil-Blata l-Bajda. Għandha ħafna għal qalbha l-kitba bil-Malti u għalhekk iddeċidiet li tibda tikteb ir-rumanzi, ħaġa li kienet il-ħolma tagħha mindu kienet tifla.

Fl-2008, ippubblikat l-ewwel ktieb tagħha bl-isem ta’ Famużi. Warajh kitbet diversi oħrajn li għad iridu jiġu ppubblikati, fosthom Famużi l-istorja tkompli li huwa sekwenza tal-ewwel ktieb kif ukoll sensiela ta’ tmien rumanzi għaż-żgħażagħ ta’ etajiet bejn erbatax u tmintax-il sena, u xi wħud daqsxejn ikbar. Kull wieħed minn dawn il-kotba jittratta dwar tfajla differenti u fuq il-ħajja tagħha kemm fl-iskola kif ukoll id-dar, mal-ħbieb u ma’ xi ġuvni li jidħol f’ħajjitha. Rumanzi oħra li kitbet
u li se jiġu ppubblikati aktar ’il quddiem huma: Ħajja Ġdida għal Marija u Għażla Tajba.

Għall-futur għandha f’moħħha li tibqa’ tikteb aktar rumanzi bil-lingwa Maltija biex tħeġġeġ aktar
nies, speċjalment żgħażagħ, jaqraw bil-Malti.